Illum kien jum speċjali għall-Prinċep Harry u martu Meghan, id-Dukessa ta’ Sussex. Dan għaliex dan kien l-ewwel Jum il-Missier tal-Prinċep Harry minn mindu twieled Archie nhar is-6 ta’ Mejju.

AQRA Għaliex semmew lill-prinċep Archie?

Il-koppja rjali riedu jagħmlu dan il-jum speċjali u għalhekk permezz tal-midja soċjali għall-ewwel darba wrew parti mill-wiċċ taċ-ċkejken Archie hekk kif qed jaqbad subgħajn missieru.

AQRA: Aġġornata (2): Filmat: Ferħan se ntir li sirt missier; Il-Prinċep Harry

Ritratt: Instagram