Fi tmiem il-ġimgħa mistenni li fil-gżejjer Maltin ikun hawn mewġa ta’ sħana li ġejja mill-Afrika ta’ fuq. Skont il-paġna ta’ Facebook Malta Weather, it-temperatura mistennija tleħħaq id-39°C sal-Ħadd.

Skont is-sit tal-Uffiċċju Meterjoloġiku, it-temperatura se tkun 37°C bl-indiċi UV10.

Din hija t-tieni darba matul ix-xahar ta’ Ġunju li t-temperatura se tkun qed togħla. Tajjeb li wieħed jevita li joħroġ fil-ħinijiet meta t-temperatura tleħħaq il-massimu tagħha. F’dawn il-każijiet tajjeb li wieħed jipproteġi lilu nnifsu kontra r-raġġi tax-xemx u jixrob biżżejjed ilma.