Fl-Għanafest se jerġgħu jispikkaw l-aspetti prezzjużi tal-wirt tal-gżejjer Maltin.

Apparti l-mużika, din is-sena, il-festival se jinkludi ikel tradizzjonali bħall-aljotta u l-isfineġ.  B’ħafna x’tara, idduq u tisma’, l-Għanafest jiggarantixxi esperjenza kulturali Maltija unika li mhux ta’ min wieħed jitlef.

Newsbook.com.mt iltaqqa’ ma’ numru ta’ parteċipanti li spjegaw x’ha jagħmlu eżattament matul dan il-festival annwali tant mistenni.

F’dan il-filmat, niltaqgħu ma’ Stephen La Rosa mill-Mediterranean Culinary Academy li jispjega li, din is-sena, din il-ħarġa kulturali se tiffoka ukoll fuq aspetti tal-ikel Malti.

L-Għanafest, li huwa organizzat minn Festivals Malta, se jsir fil-Ġonna tal-Argotti fil-Furjana fil-21 u t-22 ta’ Ġunju. Il-biljetti huma disponibbli minn www.kultura.mt u ħa jkunu għal bejgħ mal-bieb ukoll.

Filmat: Malcolm Agius

Intervista: Coryse Borg

Muntaġġ: Sarah Salafia