Ir-rispett u t-tisħiħ tal-istudenti sabiex dawn jilħqu l-potenzjal tagħhom huma l-bazi ta’ tagħlim ħolistiku mħaddan fl-Iskola Medja tal-Kulleġġ Santa Margerita, f’Bormla. Ir-rispett, l-apprezzament u t-tifħir, lil u mingħand dawk kollha involuti fit-tmexxija tal-iskola jiffurmaw parti mill-kultura u l-ambjent ġewwa l-iskola.

Dan kollu huwa konformi mal-erba’ prinċipji imniżżla fil-Framework for Education Strategy 2014-2024, li huma l-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali, id-diversità u l-inklużjoni. L-iskola tħaddan żewg gruppi differenti li jiffurmaw parti mill-iSchool Development Plan: wieħed jiffoka fuq it-Teaching and Learning u l-ieħor iddedikat għall-well-being tat-tfal.

Il-gruppi tal-SDP li jieħdu ħsieb il-Well-Being, il-Pastoral Group u l-iStudent Support Services isegwu lill-istudenti u lill-għalliema biex jagħthom appoġġ fuq bażi individwali f’każijiet fejn ikun hemm problemi emozzjonali kif ukoll soċjali. Lgħaqda bejn l-istaff tal-iskola hi wkoll importanti ferm. Din is-sena l-istaff ħa sehem f’attività ta’ teambuilding li kkonsista fi treasure hunt ġewwa l-Imdina, liema attività kienet organzizzata mill-Uffiċju Tal-Attivitajiet tas-Segretarju Parlamentari.

Fost il-ħafna ħruġ edukattiv organizzati matul is-sena skolastika 2018-19, l-Iskola Medja ta’ Bormla, ipparteċipat f’attivitajiet ta’ sport, attivitajiet favir l-ambjent u oħrajn li jolqtu lbenessere tal-studenti. Waqt il-brejk, it-tfal kellhom l-opportunità li jagħzlu biex jippartecipaw f’attivitajiet sportivi fosthom Handball, Football, Table-Tennis kif ukoll Billiards. L-iskola tipprovdi l-opportunità li l-istudenti jieħdu sehem fi programm imsejjaħ Sports Career Development.

Fix-xhar ta’ Novembru, l-iskola pparteċipat fi tlett ijiem kors imsejjaħ Health Enhancing Physical Activity, ġewwa s-Sunflower Equestrian Centre fil-Magħtab. L-istudenti ġew ipprovduti b’informazzjoni dwar diversi attivitajiet fiżiċi u dwar l-importanza ta’ dieta bbilanċjata. Il-healthy eating policy ġewwa l-iskola tiġi implimentata fit-Tuck Shop tal-iskola, kif ukoll waqt attivitiajiet oħra bħal Fruit Salad Day. Barra minn hekk fi Żmien il-Milied u l-Għid, l-staff organizza diversi attivitajiet relatati mal- ‘well-being’ u ‘healthy living’.

Waqt l-attivitajiet tal-Milied it-tfal ipparteċipaw f’logħob bħal dodgeball, volleyball u football. Xi studenti rrapreżentaw ukoll l-iskola f’kompetizzjonijiet talfootball, handball, għawm, żfin u table-tennis. Dawn l-istudenti kisbu riżultati eċċezzjonali. Fost l-avvenimenti li saru, l-iSports Day u l-Well-being Day kienu l-akbar tnejn. L-istudenti nqassmu f’erba’ timijiet differenti. Dawn kellhom jikkompetu kontra xulxin u jiksbu kemm jista’ jkun punti permezz tat-teamwork.

Fl-istess ġurnata, l-għalliema li jieħu ħsieb il-wellbeing organizzaw ukoll Human Snakes and Ladder. Waqt din l-attività ġew diskussi bosta affarijiet, fosthom kif jiġu iffurmati relazzjonijiet b’saħħithom.

Barra minn hekk, SportMalta, Agenzija Żgħażagħ u CSAF Cospicua ipparteċipaw billi taw taħditiet u ppreżentaw modi kif iż-żgħażagħ jistgħu jipparteċipaw u jieħdu gost f’attivitajiet edukattivi wara l-ħin tal-iskola. Waqt l-iSpecial Assemblies, il-Kap tal-Iskola kemm-il darba saħqet dwar l-importanza li jintwera rispett lejn l-individwi u l-importanza tal-well being.

Fl-Iskola Medja, il-ġenituri huma parti importanti u huma mħeġġin jipparteċipaw f’attivitajiet organizzati mill-iskola. Ġew organizzati tliet laqgħat mill-Wellbeing Team tal-iskola. Waqt dawn il-laqgħat ġew diskussi diversi suġġetti relatati mal-adoloxxenti. L-iskola, b’kollaborazzjoni ma’ Unit Għozza, organizzat laqgħa oħra bit-tema tas-sesswalità mmirata għall-ġenituri u għall-istudenti blgħan li jigu imqajma diskussjonijiet bejniethom rigward l-żviluppi sesswali li jkunu għaddejjin minnhom.

Din il-laqgħa ġiet organizzata qabel beda jiġi diskuss dan is-suġġett fil-klassi, blintenzjoni li l-ġenituri jkunu ppreparati għal dak li t-tfal tagħhom kienu ser jitkellmu fuqu waqt il-lezzjonijiet. F’din il-laqgħa ġew enfasizzati l-importanza ta’ relazzjonijiet b’saħħithom u limportanza li turi dak li tħoss.

Ġew organizzati aktar laqgħat immirati u dettaljati, fejn ġie diskuss aktar fid-dettal dan is-suġġett kif ukoll il-prevenzjoni ta’ sustanzi abużivi. L-istaff dejjem jagħmel l-aħjar li jista’ sabiex jindirizza s-saħħa fiżika, intellettwali, soċjali, emozzjonali u psikoloġika għax dawn huma l-elementi bażiċi għall-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.

Maria Falzon