Archives

Kien hemm splużjoni fl-Imsida minħabba ħruġ ta’ gass f’residenza. Mill-inqas persuna waħda kienet feruta fl-inċident.

Facebook – Angela Coleiro

Fuq Facebook, Angela Coleiro ddeskriviet l-isplużjoni bħala “kbira ħafna”. Qalet li kien hemm ambulanzi, pulizija, u fire engine fuq il-post.

Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ illejla fl-Imsida. Iċċara li ma kienx ċilindru tal-gass li sploda imma li kien hemm xi ħruġ ta’ gass minn cooker. Qal li kien hemm mill-inqas persuna waħda li weġġgħet fl-inċident. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Is-CPD ma kellux aktar informazzjoni dwar l-inċident sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu. Is-sezzjoni tal-komunikazzjoni mal-midja tal-Pulizija ma kinitx miftuħa biex twieġeb il-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt.

Fl-istess lejl seħħ inċident ieħor relatat mal-gass, issa f’Ħaż-Żebbuġ.

Inċident ieħor bil-gass fl-istess lejl; issa f’Ħaż-Żebbuġ