Il-Bank of Valletta qed jintroduċi ħinijiet tal-ftuħ ġodda għall-klijenti fil-fergħat tiegħu b’effett mill-1 ta’ Lulju 2019. Il-ħinijiet tal-ftuħ ġodda se jkunu kif ġej:

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.30 am sas-1.30 pm
  • Is-Sibtijiet mit-8.30 am san-12.30 pm

It-tisrif taċ-ċekkijiet u l-ġbid tal-flus fil-fergħat jistgħu jsiru sa nofsinhar. Kull nhar ta’ Ħamis, 18-il fergħa tal-BOV qed joffru ħinijiet itwal, mit-3.30 pm sas-6.00 pm. Tul dawn il-ħinijiet, il-klijenti jistgħu jiftħu kontijiet ġodda, jiddiskutu għażliet ta’ investiment, japplikaw jew jiksbu informazzjoni dwar il-prodotti tal-BOV u servizzi bankarji bl-internet. Dawn il-fergħat huma Ħ’Attard, Il-Balluta, Il-Fgura, Il-Ħamrun, Tal-Ibraġ, Marsaskala, Il-Mosta, In-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Qormi, Ir-Rabat, Il-Belt Valletta (Triq ir-Repubblika), San Ġwann, Is-Siġġiewi, Ħaż-Żabbar, Iż-Żejtun, Iż-Żurrieq u r-Rabat Għawdex. Aktar fergħat se jkunu qed joffru dawn il-ħinijiet itwal fil-futur qrib.

Għal aktar konvenjenza u servizzi bankarji f’kull ħin tal-ġurnata, il-klijenti tal-Bank of Valletta jistgħu jagħmlu użu wkoll minn diversi mezzi tal-bank bħall-BOV Mobile, BOV Internet Banking, BOV Cards u ATMs.