Sena wara sena l-Għanafest qiegħed dejjem jespandi u joffri taħlita mużika li ċertament tqanqal interess.

Newsbook.com.mt iltaqqa’ ma’ numru ta’ parteċipanti li spjegaw x’ha jagħmlu eżattament matul dan il-festival annwali tant mistenni.

F’dan il-filmat, niltaqgħu ma’ Bertu Aquilina mill-band Skald.

L-Għanafest, li huwa organizzat minn Festivals Malta, se jsir fil-Ġonna tal-Argotti fil-Furjana fil-21 u t-22 ta’ Ġunju. Il-biljetti huma disponibbli minn www.kultura.mt u ħa jkunu għal bejgħ mal-bieb ukoll.

Filmat: Malcolm Agius

Intervista: Coryse Borg

Muntaġġ: Sarah Salafia