Il-plejer ta’ Birkirkara Thiago Brito, li għandu 26 sena kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Brażil. Hu kien fi triqtu lejn eldorado do carajás u miegħu fil-vettura kelli lil martu u lin-neputija. Sfortunatament mal-impatt, kemm martu kif ukoll in-neputija tilfu ħajjithom. L-inċident seħħ jumejn ilu.

Brito kien passiġġier u oħt martu kienet qed issuq il-vettura. Kemm ix-xufier kif ukoll Brito ttieħdu l-isptar minħabba l-ġrieħi li sofrew. Skont il-paġna ta’ Facebook Portal Pebão, Brito u familtu kienu sejrin fuq btala. S’issa għadu ma ġiex magħruf f’liema kundizzjoni qegħdin. Huwa beda l-karriera tiegħu f’Malta l-istaġun li għadda mat-tim ta’ Birkirkara. Fis-17 ta’ Mejju, fuq il-profil tiegħu personali fuq Facebook, irringrazzja lit-tim Karkariż tal-opportunità li tawh.