Apparti l-mużika, l-Għanafest 2019 ser jinkludi wkoll stejjer bid-djalett, logħob tradizzjonali għat-tfal, ikel, artiġjanat u ħafna iktar.  B’ħafna x’tara, idduq u tisma’, l-Għanafest jiggarantixxi esperjenza kulturali Maltija unika li mhux ta’ min wieħed jitlef.

Newsbook.com.mt iltaqqa’ ma’ numru ta’ parteċipanti li spjegaw x’ha jagħmlu eżattament matul dan il-festival annwali tant mistenni.

F’dan il-filmat, niltaqgħu ma’ Annamaria Gatt li taħdem il-bizzilla. Matul il-festival se turi eżempji tax-xogħlijiet tagħha.

L-Għanafest, li huwa organizzat minn Festivals Malta, se jsir fil-Ġonna tal-Argotti fil-Furjana fil-21 u t-22 ta’ Ġunju, il-biljetti huma disponibbli minn www.kultura.mt u ħa jkunu għal bejgħ mal-bieb ukoll.

Filmat: Malcolm Agius

Intervista: Coryse Borg

Muntaġġ: Sarah Salafia