Skont il-bassara tat-temp Malta Weather jista’ jagħti l-kas li l-għerejjex ta’ Santa Marija jistgħu jibdew kmieni dan is-sajf f’Malta u Għawdex b’ċans ta’ xi ħalbiet tax-xita iżolati jew saħansitra maltempati bir-ragħad tard dan ix-xahar u kmieni f’Lulju.

Dan hekk kif tifforma firxa ta’ pressjoni baxxa iktar ‘il fuq fl-atmosfera fuq iċ-ċentru tal-Mediterran.

Sadanittant, is-sit Aġġornament tat-Temp sostna li għadu kmieni wisq biex wieħed ikun ċert, filwaqt li skont Maltese Islands Weathers dan mhux minnu u li f’Ġunju mhix se tagħmel xita.