Sergio Ramos ma ħalliex lill-mistednin tiegħu jużaw il-mowbajl tul kemm dam it-tieġ tiegħu li sar lejn l-aħħar tal-ġimgħa. Iżda kien hemm mistieden speċjali li tħalla juża l-mowbajl, dan kien il-president tal-klabb ta’ Real Madrid Florentino Perez.

Ramos iżżewweġ lill-presentatriċi tat-televixin Pilar Rubio ġewwa l-katidral ta’ Seville, u kellu mistiedna madwar 400 persuna, fosthom eks kollegi u l-plejers tan-nazzjonal. Skont ħabib ta’ Ramos, hu ddeċieda li jinkludi din ir-regola biex il-mistednin jissoċjalizzaw aktar.

Pepe Reina, Sergio Busquets, Jordi Alba, Alvaro Morata, Joaquin u Luka Modric kollha kienu hekk. Ma naqsux ukoll milli jmorru David Beckham u martu Victoria. Iżda Zinedine Zidan u Gerard Pique ma dehrux anka jekk kienu mistiedna.