Meta nsiefru nagħtu kas ir-regolamenti tas-sigurtà li jgħarrfuna bihom il-membri tal-ekwipaġġ. Madanakollu, esperti fil-qasam tas-saħħa, jesiġu aktar linjigwida prattiċi għall-passiġġieri. Dawn huma l-11-il ħaġa li qatt m’għandek tagħmel fuq ajruplan.

Toqgħod bilqiegħda matul il-vjaġġ kollu

L-ivvjaġġar bl-ajruplan iżid iċ-ċansijiet ta’ trombożi. Dan jista’ jiġi evitat b’mixja żgħira fuq l-ajruplan. Tista’ wkoll tagħmel movimenti sempliċi waqt it-titjira kif ukoll tilbes ħwejjeġ mhux issikkati.

Adrienn – Pexels
Pexels

Ma tagħmilx moisturiser

L-ajruplani huma magħrufa li jixxuttaw il-ġilda. Tajjeb li tagħmel ftit moisturiser biex tevita li tibda tħokk. Ikkunsidra li tagħmel sunblock ħafif biex tipproteġi l-ġilda mir-raġġi tax-xemx li jidħlu mit-twieqi tal-ajruplan.

Tixrob softdrinks

Xi darba jew oħra kulħadd ħass widnejh ifaqqgħu fuq l-ajruplan. It-tibdil fil-pressjoni tal-arja jista’ jwassal għal żieda fil-gass fil-ġisem. Għaldaqstant jekk ma tixrobx softdrinks tnaqqas ir-riskju li tħossok mimli.

Craig Adderley – Pexels

Tesaġera bl-alkoħol

Rhianon Lassila – Unsplash

Minkejja t-tentazzjoni li tieħu tazza xampanja, jew anke tnejn, jekk tixrob ħafna alkoħol tista’ taffaċċja l-konsegwenzi. Il-pressjoni tal-arja twassal biex l-effetti tal-alkoħol ikunu iktar mgħaġġla, u għaldaqstant tibda tħossok li xrobt iktar minn żewġ tazzi xampanja, aktar minn flixkun sħiħ fuq l-art.

Tneħħi l-kalzetti

Tkun tixtieq toqgħod komdu, imma ħadd ma jieħu gost bik ħafi. Barra minn hekk, trid toqgħod timxi ħafi f’post fejn jiġu introdotti mikrobi differenti minn madwar id-dinja?

Tixrob te jew kafè

L-ilma tal-vit tal-ajruplan, li bih ġeneralment jiġu ppreparati t-te u l-kafè, huwa suxxettibbli ħafna għall-baktirja. Aħjar tieħu xarbiet fil-fliexken jew bottijiet.

Torqod jekk fid-destinazzjoni tiegħek ikun filgħodu

Adatta malajr kemm jista’ jkun. Torqodx jekk fil-pajjiż li tkun se żżur ikun ħin il-kolazzjon. Anzi, l-aħjar hu li tipprova tadatta għall-ħin il-ġdid ġranet qabel ma tivvjaġġa, billi tibqa’ mqajjem iktar jew tqum iktar kmieni.

Erwan Hesry – Unsplash

Tiekol ikel li mess mat-tray

Għalkemm it-trays tal-ikel suppost jitnaddfu wara kull titjira, stħarriġ riċenti sab li jkun fihom mal-2,155 unit ta’ baktirja f’kull 2.5 ċentimetru. Dan meta mqabbel mal-265 unit ta’ baktirja fil-pum li tifflaxxja t-toilet bih.

Tesperimenta b’mediċina tal-irqad

Pexels

Uża dak li jaħdem. Jekk tiskopri f’nofs titjira li inti allerġiku għal waħda mill-ingredjenti ma jkun pjaċevoli għal ħadd.

Tilbes il-contactlenses

Konsegwenza oħra għall-arja xotta fuq l-ajruplani hi li l-contact lenses jibdew jirritawlek għajnejk aktar mis-soltu. Ilbes in-nuċċali biex tkun aktar komdu u tipprevjeni li tispiċċa toqgħod togħrok għajnejk.

Pranav Kumar Jain – Unsplash

Ma tgħid xejn jekk tħossok ma tiflaħx

Għal liema raġuni tkun, dejjem informa lill-membri tal-ekwipaġġ jekk tkun qed tħossok ma tiflaħx. Dawn jingħataw taħriġ kif jittrattaw numru ta’ problemi – minn gass għal ansjetà.

Meta se terġa’ ssiefer x’mhux se tagħmel minn dawn?