Se jkun qed jixxandar serje fuq ir-radju ibbażat fuq il-ħajja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nqatlet f’Ottubru tal-2017.

Is-serje ‘Daphne: A Fire in Malta’ se jibda jixxandar nhar it-Tnejn li ġej 1 ta’ Lulju u se jieqaf jixxandar nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju. Hu se jkun qed jixxandar fl-10.45 ta’ filgħodu.

Is-serje, li se jkun qed jixxandar fuq BBC Radio 4, se jitqassam fuq ħames episodji, ta’ kwarta kull wieħed.

Wara li jixxandar se jkun ukoll aċċessibli fuq: https://www.bbc.co.uk/programmes/m0006dhs/episodes/guide