Triq il-Labour fiż-Żejtun se tingħalaq għat-traffiku. Skont stqarrija maħruġa mill-pulizija, it-triq se tingħalaq minn nhar il-Ħamis 27 ta’ Ġunju, mit-8:00am.

Il-pulizija qalet li kwalunkwe vettura li tinstab ipparkjata fit-triq imsemmija tkun qed tikser il-liġi u b’hekk jistgħu jiġu rmunkati.