DOI: Kevin Abela

Persuni li joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin se jkunu jistgħu jintegraw lura fil-komunità permezz ta’ proġett bl-isem Dar bla ħitan. Din id-dar se toffri ambjent ta’ dar residenzjali u child-friendly lil dawk li jkunu ħarġu mill-Faċilità. Dan ġie mħabbar mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkommodazzjoni Soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li l-gvern se jkun qed jalloka post fil-Birgu. Il-kap eżekuttiv tal-għaqda George Busuttil semma li dan il-proġett isegwi r-riċerka li saret b’kollaborazzjoni mal-Istitut għat-Terapija tal-Familja. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay qal li f’dan il-programm se jkunu offruti servizzi speċjalizzati u sapport personali.