The migrant search and rescue ship Sea-Watch 3 carrying stranded migrants, sails near the island of Lampedusa, Italy, June 26, 2019. REUTERS/Guglielmo Mangiapane

Il-bastiment Ġermaniż tal-voluntiera Sea-Watch daħal fl-ibħra Taljani b’42 immigrant abbord bi ksur ta’ ordni minn Ruma biex jibqa’ ‘l bogħod.

L-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-bastiment qal li l-kaptan iddeċieda li jmur lejn il-gżira ta’ Lampedusa peress li s-sitwazzjoni abbord kienet waħda ta’ disperazzjoni. Qal li kellu d-dritt jidħol fl-ilmijiet taħt il-liġi marittima tal-emerġenzi.

Skont digriet approvat f’Ġunju, il-Ministeru għall-Intern immexxi minn Matteo Salvini tal-lemin estrem għandu l-poter li jċaħħad l-aċċess għall-ibħra territorjali lil bastimenti li jikkonsidra li huma riskju għas-sigurtà jew l-ordni pubblika u jagħtihom multa.

L-Italja ferħet b’deċiżjoni mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet Umani li qalet li l-pajjiż ma kellu l-ebda obbligazzjoni jħalli l-immigranti jinżlu mill-bastiment għalkemm huwa obbligat li joffri l-assistenza tiegħu fuq il-baħar.