Matul din il-ġimgħa mistennija li toqlot l-Ewropa waħda mill-iktar mewġiet tas-sħana f’dawn l-aħħar 16-il sena.

L-Ewropa mistennija tesperjenza sħana intensa li tista’ tkun perikoluża u tista’ twassal ukoll għal xi mwiet. Jidher li t-temperatura se togħla sa 45◦C. Pajjiż.i bħal Franza, Spanja u l-Portugal mistennija li jesperjenzaw temperaturi għoljin ħafna. It-temperatura mistennija tibda togħla mill-Erbgħa u għadu mhux magħruf sa meta se tibqa’ tiżdied it-temeratura.

Ix-xjentisti qalu li dawn it-temperaturi huma attribwiti għall-maltempata li hemm fuq l-Oċean Atlantiku u l-pressjoni għolja fl-Ewropa, li qed tiġbor fiha arja sħuna mid-deżert Saħara.

Jidher li f’Malta t-temperaturi se jkunu qed jiżdiedu wkoll hekk kif l-Uffiċċju Meterjoloġiku qed ibassar li t-temperatura se tkun qed tinħass 38◦C fil-jiem li ġejjin. Il-paġna fuq Malta Weather fuq Facebook kkonfermat dan ukoll.

Fi Spanja din il-mewġa ta’ sħana ġiet imlaqqma l-infern.