Għada l-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju, is-Southville Dancers b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra Malta, se jorganizzaw spettaklu kbir fi Triq San Gakbu bil-parteċipazzjoni ta’ għadd ta’ kantanti u żeffiena.

Il-kantanti jinkludu lil Owen Leuellen, Nicole Frendo, Luke Chappell, Kelsey Bellante, Miriana Conte, Matt Black u Lisa-Marie Tabone.

Jipparteċipaw ukoll is-Southville Kids Crew, Southville Juniors Crew, Soul Division Crew, Style District Crew, u s-Southville Dance Crew fost oħrajn.

Is-serata se tibda fis-7pm bis-sehem ta’ talent mix-Xgħajra biex imbagħad ikompli għaddej mit-8pm sal-11pm bl-artisti mistiedna.

Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna ta’ facebook billi tidħol fuq il-paġna Facebook The Southville Showcase 2019.