Nespresso issa qed tagħti l-opportunità lill-klijenti tagħha biex ikunu barista fi djarhom stess permezz tal-kollezzjoni limitata Barista Creations.

Il-kollezzjoni l-ġdida, issa mnedija anki f’Malta, toffri l-għażla ta’ kafè fi tliet varjetajiet li huma Corto, Chiaro u Scuro. L-esperti tal-kafè tan-Nespresso kienu spirati mill-aqwa baristi fid-dinja u damu s-snin biex joħolqu l-kemistrija bejn il-kafè u l-ħalib. Il-ħsieb wara din il-kollezzjoni hu li jħalli lill-konsumaturi biex jakkwistaw il-ħila u l-kapaċità ta’ barista fi djarhom stess billi jagħmlu perfett kull Cappuccino, Macchiato u Ristretto.

Il-Barista Corto hija togħma qawwija b’armonja perfetta ta’ ħlewwa u aċidità, preċiżament dak li wieħed li jiggosta Ristretto jkun jixtieq. Għal dawk li jħobbu l-kafè u jiffavorixxu togħma tajba ta’ kafè bil-ħalib b’laqta tal-kafè, Nespresso toffri Barista Chiaro, riċetta ħelwa b’togħmiet delikati u kumplessi ta’ gallettini u karamella. Għal dawk li jfittxu Espresso Macchiato robust u b’saħħtu wieħed għandu jmur għal kafè b’karattru qawwi bħalma huwa Barista Scuro.

Rappreżentant tan-Nespresso qal: “Għalina l-kafè huwa ferm aktar minn xarba. Hija esperjenza kumplessa tas-sensi magħmula mid-dehra, l-aroma, it-togħma u dak li tibqa’ ttiegħem wara li tixrob. Hija xjenza li toħloq esperjenza perfetta tal-kafè. Aħna kburin li nidejna l-aħħar tliet togħmiet f’Malta li diġà qed juru li se jkunu popolari ħafna mal-Maltin li jħobbu l-kafè.”

Barra minn hekk, speċjalment għax-xhur sħan tas-sajf, Nespresso nidew ukoll il-varjetà limitati msejħa ‘Taste the Australian Summer’. Din il-kollezzjoni hi spirata mill-attitudni kalma tal-Awstraljani u l-kultura tal-kafè kiesaħ tagħhom. Issa l-Maltin jistgħu jgawdu minn żewġ riċetti kesħin ġodda ideali għas-sajf: Long Black Over Ice u Flat White Over Ice. Bla dubju dawn iż-żewġ riċetti delizzjużi huma rifreskanti waqt li huma sempliċi biex tippreparahom.

Nespresso jafu li ħafna li jħobbu jixorbu l-kafè ikun qed ifittxu alternattiva kiesħa għal matul ix-xhur tas-sajf u issa grazzi għall-għażla Australian Summer il-konsumaturi lokali jistgħu jiggustaw xarba kiesħa u friska ta’ kwalità għolja tan-Nespresso. Dawn jinsabu biss għall-bejgħ għal żmien limitat u jinsabu biss fil-fergħat kollha f’Malta ta’ Nespresso, fl-Imrieħel u f’The Point f’Tas-Sliema kif ukoll online fuq www.nespresso.com.mt.

Il-konsumaturi jistgħu jagħmlu wkoll l-ordni tagħhom permezz tal-WhatsApp 79884448 jew fuq freephone 8007 4448.