Isservi 4

Ingredjenti

  • 300g tiġieġ ikkapuljat
  • 1 basla medja, imqattgħa rqiqa
  • 1 bżar aħdar, imqatta’
  • 2 sinniet tewm, mgħaffġin
  • 6 faqqiegħ, maqtugħin slices
  • 50g qamħ frisk/friżat
  • 50g piżelli friski/friżati
  • 2 tadamiet, maqtugħin
  • 1 zunnarija kbira, maħkuka
  • 3 patatiet kbar, maqtugħin kwarti
  • 1 mgħarfa tursin frisk
  • 1 mgħarfa sagħtar frisk
  • 200g fażola Franċiża friska, imqattgħa u msajra
  • Ftit bżar iswed
  • 2 imgħaref dqiq tal-qamħ (cornflour)
  • 2 imgħaref żejt taż-żebbuġa extra virgin
  • 200ml ilma

Metodu

  • Qaxxar u aħsel il-patata u sajjar f’taġen ta’ daqs medju
  • F’taġen ieħor, sajjar il-basla mqattgħa u t-tewm fiż-żejt taż-żebbuġa. Żid it-tiġieġa kkapuljata u sajjar għal ftit minuti
  • Żid iz-zunnarija, faqqiegħ, bżar aħdar, il-fażola msajra u l-ilma. Ħallih itektek sakemm il-ħaxix isir.
  • Ħawwad fih it-tadam, piżelli u qamħ u ferrex ftit ħwawar. Jekk hemm bżonn, żid ftit dqiq tal-qamħ biex tħaxxen it-taħlita
  • Nixxef u għaffeġ il-patata
  • Poġġi t-taħlita tat-tiġieġa f’dixx tal-forn u ifrex il-patata maxx fil-wiċċ. Aħmi fil-forn imsaħħan lest fuq temperatura ta’ 180 grad Celsius, gas mark 4, għal madwar 30 minuta jew sakemm isir kannella dehbi.

Mir-rivista: Helping Hands