Skont Chris Zahra minn St Joseph Farmhouse li jinsab ir-Rabat, Malta, biex il-ġbejna tkun magħmula b’mod tradizzjonali, din trid tkun magħmula mill-ħalib tan-nagħaġ.

“Il-baqar m’ilhomx Malta daqs in-nagħaġ u l-aħjar ħalib għall-ġbejniet huwa l-ħalib tan-nagħag. Huwa aktar sinjur,” Zahra qal lil Newsbook.com.mt, “Il-ħalib tan-nagħaġ fih aktar proteini u aktar xaħam ‘tajjeb’… il-ġobna toħrog aħjar .”

Dan il-filmat kien possibbli bil-kollaborazzjoni tal-Merill Rural Network.