L-HSBC Malta qed iħejji għas-sena studenteska li jmiss billi jniedi l-kampanja għall-istudenti.

Għal darb’oħra, il-bank qed joffri lill-istudenti full-time kollha li se jidħlu jew qed jattendu skejjel sekondarji, MCAST, sixth form, università jew kwalunkwe istituzzjoni oħra ta’ edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja stabbilita, l-opportunità li jibbenefikaw mill-karatteristiċi kollha ta’ kont tal-HSBC għall-istudenti, filwaqt li jingħatalhom rigal ta’ merħba ta’ €50.

Din l-offerta hi valida sal-31 ta’ Ottubru 2019 u hi disponibbli għal dawk l-istudenti li l-istipendju tagħhom jgħaddi minn ġol-kont tagħhom fl-HSBC Malta.

Titjib ewlieni għal din is-sena hu li l-istudenti issa jistgħu jużaw il-proċess il-ġdid tal-ftuħ ta’ kont tal-bank online. Dan jippermettilhom li jiftħu l-kont tagħhom sempliċement billi jimlew formola online u jissottomettuha lill-bank flimkien ma’ scans jew ritratti tal-karta tal-identita’ valida tagħhom. Wara ftit jiem, jintalbu jmorru fil-fergħa tal-għażla tagħhom, u wara laqgħa qasira jingħataw id-Debit Card Internazzjonali u l-Personal Internet Banking token tagħhom.

“Wara sena twila ta’ studju u eżamijiet, l-istudenti jkunu jridu jistrieħu. Kien għalhekk li nidejna dan il-proċess ġdid ta’ ftuħ ta’ kont biex nagħmluha aktar malajr u eħfef għalihom li jiftħu l-kont tagħhom, filwaqt li jkomplu jgawdu s-sajf tagħhom,” qal Gregory Inglott, Deputat Kap tar-Retail Banking and Wealth Management.

Li jkollhom kont bankarju hu rekwiżit għall-maġġoranza tal-istudenti ħalli b’hekk ikunu jistgħu jirċievu l-istipendju tagħhom. L-istudenti li jiftħu kont għall-istudenti mal-HSBC se jibbenefikaw minn internet banking bla ħlas, mobile banking b’xejn, u Visa® International debit card b’xejn, kif ukoll miżati mnaqqsa fuq l-irtirar ta’ flus minn ATMs li ma jkunux tal-HSBC.

“Għal ħafna minn dawk l-istudenti li jidħlu fid-dinja tal-edukazzjoni għolja, il-ftuħ ta’ kont bankarju ħafna drabi jkun l-ewwel esperjenza tagħhom ma’ istituzzjoni finanzjarja. Din hi r-raġuni għalfejn irridu nitkellmu magħhom f’dan il-waqt. B’hekk, ikunu jistgħu jibdew jiżviluppaw drawwiet tajba f’dak li jikkonċerna finanzi personali tagħhom u fl-istess waqt jiksbu l-aħjar ideat dwar kif jistgħu jibdew jaħsbu għall-futur tagħhom,” ikkonkluda Gregory Inglott.

Aktar tagħrif jinsab fuq: http://hsbc.com.mt/student jew facebook.com/HSBCMalta