Is-Sewwieqa tal-karting Maltin, Gianluca Dingli u Andreas Camilleri fi tmiem il-ġimgħa kienu impenjati ġewwa South Garda għall-ħames round tal-kampjonat tal-karting Taljan. Waqt il-provi, u l-kwalikazzjonijiet Gianluca Dingli ikkwalifika fit-tmien post u waqt il-finali irnexxielu javvanza pożizzjoni biex spiċċa l-finali fis-seba’ post.

Min-naħa tiegħu Andreas Camilleri beda mill-15-il post u rnexxielu javvanza għall-11-pożizzjoni. Waqt it-tentattiv tiegħu biex jokkupa l-għaxar post Camilleri kien involut f’inċident li wassal biex jitlef it-tmien postijiet li kien hemm allokati u spiċċa l-finali fit-23 post.

Iż-żewġ sewwieqa Maltin li huma membri tal-Karting Club Malta saqu mat-tim Taljan ta’ Zanchi Motorsport u kkompetew mal-aqwa sewwieqa mill-Italja, il-Polonja, l-Israel u lis-Svizzera.