Malta Police Force

Mara anzjana ttajret minn vann fil-Gżira u ttieħdet l-isptar b’emerġenza, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-inċident ġara fil-11.30am f’Rue d’Argens, meta vann misjuq minn raġel tajjar anzjana fit-triq. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditha l-isptar.

Il-mara li hi mill-Gżira għandha 86 sena, filwaqt li s-sewwieq għandu 55 sena u hu residenti San Ġiljan.