Grupp ta’ żgħażagħ barranin li qattgħu xi jiem f’Għawdex għall-vaganzi ddeċidew li jibdew jiżfnu u jkantaw waqt li jistennew il-vapur biex minn Għawdex jerġa’ joħodhom lura Malta.

Dan ġara lbieraħ meta disa’ żgħażagħ marru għal vapur tad-9pm iżda kellhom jistennew il-vapur ta’ wara, jiġifieri dak tal-9.45pm.

Iżda flok igergru ddeċidew li jkomplu l-avventura tagħhom billi joffru spettaklu b’xejn lil dawk kollha li lbieraħ kienu qed jistennew il-vapur.

Filmat: Eugene Baldacchino