Anzjan waqa’ żewġ sulari waqt li kien qed jitma’ lill-annimali tiegħu, u issa jinsab fil-periklu tal-mewt.

Dan ġara kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-2am, ġo residenza fi Triq il-Kunċizzjoni, l-Imsida.

Ir-raġel li għandu 71 sena u joqgħod l-Imsida ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn iżjed tard irriżulta li għandu ġrieħi serji u qiegħed fil-periklu li jitlef ħajtu.

Il-Maġistrat tal-Għassa C. Galea fetħet inkjesta maġisterjali dwar il-każ.