Nesbook.com.mt intervista wieħed mit-timijiet li bħalissa qed jieħu sehem fil-Maratona tal-Volleyball għall-ġbir għall-bżonnijiet tad-Dar tal-Providenza.

Il-Captain tat-tim qalet li bħala tim ingħaqdu biss ftit aktar minn ġimgħa qabel il-Maratona iżda l-parteċipanti kollha ingħaqdu għat-taħriġ aktar min xahar qabel. Hija spjegat li t-taħriġ kien maqsum fi tnejn, il-parti fiżika u l-parti teknika. Spjegat ukoll li dawk kollha li qed jieħdu sehem fil-Maratona huma bissa parti mill-atleti li pparteċipaw fit-taħriġ.

Tul ix-xahar ta’ taħriġ l-atleti jingħataw numru ta’ punti li sal-aħħar min ikollu l-aħjar punti jkun jista’ jieħu sehem.

‘Rajt għal min qed niġbru u ħassejt il-bżonn li nibqa’ nieħu sehem kull sena’ -Tasha

Tasha ilha snin twal tieħu sehem fil-Maratona, qalet li għall-ewwel kienet tħajret tieħu sehem minħabba l-logħba nfisha. Iżda meta għall-ewwel darba l-Maratona saret fil-parking tad-Dar tal-Providenza, setgħet tifhem aħjar għal min verament kienu qed jiġbru l-flus u ħasset il-bżonn li tibqa’ tiġi kull sena. Min-naħa tagħha, Kelsey li din is-sena hija l-ewwel esperjenza tagħha fil-Maratona qalet li għamlet il-kuraġġ b’ħabibitha biex tipprova. Il-Captain u l-Viċi Captain tat-tim ingħaqdu mall-bqija tal-Captains biex lagħbu logħba ta’ ħbiberija kontra tim magħmul mill-impjegati tal-BOV. It-tim tal-BOV organizza din il-logħba b’sens ta’ appoġġ lejn il-parteċipanti.

Aqra: Filmat u Ritratti: X’għamlu 18-il impjegat tal-BOV fis-Siġġiewi?

Għall-ftuħ tal-maratona attenda l-President ta’ Malta George Vella flimkien mas-sinjura tiegħu Miriam Vella.

Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jsiru billi wieħed iċempel fuq in-numru:

51702012 għal donazzjoni ta’ €15

51802013 għal donazzjoni ta’ €25

50618944 (SMS) għal donazzjoni ta’ €6.99

79324834 – Donazzjoni mill-abbonati tal-BOV Mobile Pay

2146 1537 – Linja tal-Pledges