Ir-Reġina Eliżabetta mhix se tattendi għall-magħmudija ta’ Archie, iben Meghan Markle u l-Prinċep Harry li se jsir illum.  Għall-bidu l-magħmudija kienet maħsuba li ssir ilbieraħ il-Ġimgħa imma nstab li kemm ir-Reġina u l-Prinċep Charles, missier Harry, ma kinux jistgħu jattendu għax kellhom diġà npenji oħra.

Meta saru jafu b’dan, il-ġenituri ta’ Archie bidlu l-ġurnata biex il-magħmudija jagħmluha llum f’Windsor Castle. Imma anki hawn instab li r-Reġina ma setgħetx tattendi għax kienet diġà ppjanat tmiem il-ġimgħa biex tgħaddih mad-Duka ta’ Edinburgh f’Sandrigham.

Din mhux se tkun l-ewwel darba li r-Reġina ma tattendix xi magħmudija għax anki s-sena l-oħra ma setgħex tkun preżenti għal dik tal-Prinċep Louis, William u Kate.

Il-Prinċep Charles se jkun jista’ jattendi għada wara li l-lum ma setax jattendi għax kien f’Wales f’ċerimonji li jfakkru l-50 sena ta’ meta laħaq Prinċep ta’ dak il-pajjiż.

Waqt il-magħmudija se jkun hemm preżenti Doria, omm Meghan, u żewġ parrinijiet li isimhom baqa’ mistur sal-lum.