Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ħareġ filmat li juri żagħżugħ ipenġi fuq ħajt fil-Belt Valletta.

Fuq Facebook, il-Kunsill qal li ż-żagħżugħ wettaq “vandaliżmu u ħsara” madwar il-belt kollha. Appella biex min għandu xi informazzjoni dwar il-persuna li tidher fil-filmat biex jagħmlu kuntatt mal-Pulizija.

Ilbieraħ, ir-residenti Beltin sabu numru ta’ atti vandali li jidher li saru tul il-lejl. Dawn l-atti vandali saru kemm fuq faċċati ta’ djar kif ukoll fuq xi bibien.

Fuq il-paġna tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, is-Sindku Alfred Zammit flimkien mal-Kunsill kollu, ħarġu stqarrija fejn ikkundannaw l-atti vandali li seħħu tul il-lejl. Zammit qal li dawn l-atti vandali li saru f’wieħed mis-siti rikonoxxuti mill-UNESCO huma tal-mistħija.

Ritratti: Atti vandali fuq faċċati u bibien fil-Belt

Filmat: Kunsill Lokali tal-Belt Valletta