getty images

It-tim nazzjonali tan-nisa tal-Istati Uniti huwa logħba biss bogħod milli jkun ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja għar-raba’ darba. Il-finali ta’ din is-sena li qed issir fi Franza, se tkun qed tintlagħab f’Lyon. Il-logħba se tibda fil-5:00pm.

It-tim li l-Amerikani se jkunu qed jissieltu kontrih biex jerġgħu jirbħu t-titlu, hu l-Olanda. Din hija l-ewwel darba tagħhom li waslu sal-finali f’din il-kompetizzjoni u jidher li għandhom 90minuta iebsa bil-wisq mhux ftit. Bil-prestazzjoni li l-Olandiżi taw fil-logħob preċedenti, jidher li se jkunu ta’ għadma iebsa għall-avversarji.

Megan Rapinoe hija mistennija li tilgħab għat-tim Amerikan wara li sfortunatament kellha titlef is-semifinali.