Paul Pogba qed jivvjaġġa mat-tim tiegħu, Manchester United, li se jkunu qed jagħmlu 18-il ġurnata ta’ pre-season fl-Awstralja, Singapore u ċ-Ċina. Waqt dawn il-jiem mistennija jilagħbu wkoll erba’ logħbiet ta’ ħbiberija.

Il-midfielder Franċiż ta’ 26 sena tilef it-taħriġ din il-ġimgħa, iżda sar magħruf li kellu l-permess tal-coach. Dan l-aħħar kien hemm ix-xniegħa li kien se jitlaq’ minn ma’ United biex isib tim ieħor fejn ikollu sfidi differenti. Nhar il-ġimgħa l-aġent tiegħu qal li Pogba jixtieq ibiddel it-tim iżda l-futur tal-plejer għadu jidher inċert.