Sirens irnexxielhom jirbħu lill-Exiles bl-iskor ta’ 18-12, ħames punti distakk. Min-naħa tagħhom, Sliema ma naqsux milli jimpressjonaw hekk kif rebħu lil Marsaxlokk bl-iskor kbir ta’ 19-9. B’hekk iż-żewġ timijiet rebbieħa telgħu t-tnejn fit-tieni post fil-kassifika mid-Diviżjoni Premier.

San Ġiljan irnexxielhom jirbħu lil Neptunes bl-iskor minimu ta’ 13-10 f’logħba missielta sew. Il-logħba ntlabet nhar il-ġimgħa mir-rawnd tal-Cross overs. L-aqwa skorer għal San Ġiljan kien Molina Guillermo li rnexxielu jagħmel 5 blalen u għal-Neptunes kien Camilleri Steven li għamel erba’ blalen.

Logħba oħra mir-rawnd tall-Cross overs kienet bejn Otters u Marsascala fejn il-logħba ntemmet bi draw ta’ 12-12. Min-naħa ta’ Otters Filipovic Milos irnexxielu jagħmel l-aktar blalen u min-naħa ta’ Marsascala kien Averka Konstantin. It-tnejn li huma rnexxielhom jagħmlu sitt blalen kulwieħed.