Ritratti: MFH

Numru ta’ impjegati tal-kumpanija MAPFRE MSV LIFE rreġistraw bħala donaturi tal-organi wara kampanja t’għarfien fuq is-suġġett li saret fost l-impjegati tal-istess kumpanija.

Ritratti: MFH

Waqt żjara li għamel fl-uffiċini tal-MAPFRE MSVLIFE, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rringrazzja lill-ħaddiema ta’ din l-inizjattiva filwaqt li faħħar il-ġest altruwistiku tagħhom, waqt li fakkar li kull donatur possibilment jista’ jsalva l-ħajja ta’ tmien pazjenti li jkun qed jistennew li jingħataw organi sabiex jgħixu ħajja aħjar.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien milqugħ mil-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSV LIFE, David Curmi li min-naħa tiegħu wkoll wera l-apprezzament tiegħu lejn l-impjegati u sostna l-impenn tal-kumpanija fejn tidhol ir-responsabbiltà soċjali.