It-tim tan-nisa Amerikan rebaħ it-Tazza tad-Dinja għar-raba’ darba wara li eventwalment ħadu l-kontroll tal-logħba. Il-gowls ġew minn Rapinoe li skurjat penalty fil-61 minuta u tmien minuti wara skurjat Lavelle.
Ir-rebbieħa Ewropej, li laħqu l-finali tat-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba, żammew lill-Amerikani li sa mill bidu kienu favoriti li jirbħu t-Tazza, sal-ewwel nofs tal-logħba. L-eks gowler ta’ Arsenal Sari van Veenendaal irnexxielha tagħmel erba’ saves eċċellenti.
Iżda l-Amerikani, li min-naħa tagħhom din kienet it-tielet finali konsekuttiva tagħhom, komplew iżidu mat-tazzi li rebħu fl-1991, 1999 u l-2015.