Biċċa makkinarju li nstab abbandunat f’foresta, hu maħsub li kienet intużat fit-tindif wara d-diżastru f’Chernobyl. L-esperti jibżgħu iżda li tant hi radjuattiva li jekk wieħed imiss magħha jista’ jmut fuq il-post.

Espert tar-radjazzjoni, Rob Maxwell iltaqa’ mal-makkinarju ultra-radjuattiv waqt mawra f’Pipryat fl-Ukraina lura fl-2011. Hu qal li kien il-gwida privat tiegħu li ħadu f’dan il-post u wissieh biex ma jmissx il-makkinarju.

Id-diżastru ta’ Chernobyl sofra minn tal-inqas 100 darba aktar radjazzjoni mill-bombi atomiċi li niżlu f’Nagasaki u Hiroshima.