L-Accountant Ġenerali ħabbar il-ħruġ ta’ €60,000,000 Stokk tal-Gvern Malti li huma suġġetti għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta’ €40,000,000 kif ġej:

(i)         0.5% Stokk tal-Gvern ta’ Malta 2025 (II), u

(ii)        1.85% Stokk tal-Gvern ta’ Malta 2029 (III) Fungibility Issue, jew

(iii)       f’ammonti miż-żewġ Stokks b’valur nominali flimkien ta’ €60,000,000.

L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti bi rkant għal minimu ta’ €500,000 u multipli ta’ €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa s-17 ta’ Lulju fit-8.30am u jagħlqu f’12pm tal-istess jum jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant Ġenerali.

L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta’ email fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210 jew jintefgħu fil-Kaxxa tal-Offerti tat-Teżor, il-Furjana.

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull Stokk jiġi mgħarraf sagħtejn wara immedjatament il-ħin tal-għeluq tal-offerti bi rkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.

L-Accountant Ġenerali se jħabbar linji gwida indikattivi dwar l-ipprezzar permezz ta’ stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar it-Tlieta li ġej li tkun tikkonsisti minn firxa indikattiva ta’ spreads fuq ir-rati tal-ewro mid-swap li jirriflettu b’mod wiesa’ l-kundizzjonijiet fis-suq sekondarju taż-0.5% Stokk tal-Gvern ta’ Malta 2025 (II) u tal-1.85% Stokk tal-Gvern ta’ Malta 2029 (III).

Aktar tagħrif dwar dawn l-istokks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stokks tal-Gvern ta’ Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.