Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li bil-liġi tal-kera, il-Gvern irid jgħabbi fuq il-privat fejn hu ma kienx kapaċi jintervjeni.

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-kera, Delia qal li r-regolamentazzjoni ma tistax tkun impożizzjoni fuq is-settur privat. Huwa qal li l-abbozz ta’ liġi propost mhux se jsolvi l-problemi li ħoloq il-Gvern fil-qasam tal-housing u jħalli lakuni għall-abbozz mis-sidien fuq kuntratti eżistenti.

Huwa qal li l-liġi mhi se ssolvi xejn u mhix biżżejjed biex issewwi l-ħsara li saret ma tħarisx ‘il quddiem iżda tipprova ttaffi ftit mill-problemi li l-Gvern jaf li ġejjin fuq il-pajjiż.

Delia spjega din il-liġi qed issir fi stat li s-sitwazzjoni ma tistax tiddeġenera iktar għal il-mudell ekonomiku li għażel il-Gvern li se jkompli jkabbar il-pressjoni fuq il-propjetajiet.

Huwa qal li l-kirijiet fl-aħħar sitt snin għolew b’iktar mid-doppju b’għażla ta’ dan il-mudell ekonomiku.