It-tieni tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series saret il-Ħadd li għadda ġewwa Triq il-Kosta limiti tas-Salina. It-tellieqa kienet tikkonsisti f’għawma ta’ 750m, 20km bir-rota u ġirja ta’ 5km f’sħana qawwija, it-tellieqa ma kinitx nieqsa minn azzjoni kompetittiva.

Mis-sezzjoni tal-irġiel, Pedro Antonio Lopez de Haro irnexxielu jikseb l-ewwel post wara li Nikol Micallef li kien qablu kellu jirtira mit-tellieqa. Joseph Galea rnexxielu jikseb it-tieni post u Kersten Theuma ħa t-tielet post. Mis-sezzjoni tan-nisa, kienet it-taqsima tar-roti li biddlet il-klassifika. F’dan il-punt Lara Buttigieg irnexxielha tieħu postha fuq quddiem. Fit-tieni post irnexxielha tidħol Anjelika Ruggier li kisbet dan il-post fil-biċċa tal-ġiri u fit-tielet post daħlet Clara Attard.

It-tielet tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series ser issir fl-1 ta’ Settembru fis-Salina.