Reuters

Il-President Amerikan Donald Trump ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-ambaxxatur tar-Renju Unit f’Washington, u għajjarhom “stupida” u “miġnun,” rispettivament.

May tat l-appoġġ kollu tagħha lil Kim Darroch, l-ambaxxatur f’Washington, wara li serje ta’ memos li tiddeskrivi l-amministrazzjoni ta’ Trump bħala waħda li ma taħdimx, li mhix kapaċi u li hi traskurata diplomatikament ħarġet fuq gazzetta Brittanika nhar il-Ħadd li għadda.

Filwaqt li l-ministri u l-kelliem għal May qalu li dan l-iżball kien biss riflessjoni ċkejkna tal-assessjar ta’ Darroch, u ma jirriflettix dak li jaħseb il-Gvern tar-Renju Unit fuq il-Gvern ta’ Trump, dan ġiegħel lil Trump jisbel u jikteb serje ta’ tweets ta’ tgħajjir, fejn semma d-diżgwid li ħoloq ir-Renju Unit bi Brexit.

Dan id-diżgwid ġie fi żmien meta r-Renju Unit qed jittama li jtemm ftehim ta’ kummerċ kbir mal-ikbar alleat tiegħu wara li jħalli l-Unjoni Ewropea, liema tluq hu skedat għal wara l-31 t’Ottubru.