Fil-kompetizzjoni tan-Knock Out mid-Diviżjoni Premier, Sirens se jkunu qed jilagħbu kontra Exiles, min jirbaħ jilgħab kontra Sliema fil-kwarti tal-finali u r-rebbieħ jilgħab fil-finali. Fil-kwarti tal-finali l-oħra mill-istess grupp, San Ġiljan se jkunu qed jilagħbu kontra Neptunes u min minnhom jirbaħ, jilgħab fis-semi finali kontra M’Xlokk. It-tim li jirbaħ it-tieni semi finali jilgħab kontra t-tim li jkun rebaħ l-ewwel semi finali.

Mill-ewwel diviżjoni, Ta’ Xbieb se jilagħbu kontra M’Skala. Ir-rebbieħ jikkompeti kontra Otters fis-semi finali. F’din id-diviżjoni m’hemmx logħba oħra tal-kwarti tal-finali u b’hekk B’Buġia se jkunu qed jilagħbu konra Valletta fis-semi finali. Min minnhom jirbaħ, jilgħab mill-ewwel fil-finali kontra t-tim li jirbaħ is-semi finali l-oħra.

Mit-taqsima tan-nisa, San Ġiljan se jilgħabu l-kwarti tal-finali konta B’Buġia. Min minnhom jirbaħ, jilgħab kontra Sliema. Bit-tim li jirbaħ l-ewwel semi finali jilgħab fil-finali. Fit-tieni kwarti tal-finali, Sirens se jkunu qed jikkompetu kontra M’Skala u min minnhom jirbaħ se jgħaddi għas-semi finali fejn se jkun qed jikkompeti kontra Exiles. Min miż-żewġ timijiet jirbaħ it-tieni semi  finali, se jkun qed jilgħab fil-finali.