Il-Pulizija ħabbret li arrestat ir-raġel li fl-aħħar jiem inqabad minn filmati tas-CCTV jpenġi graffiti fil-Belt Valletta.

Ir-raġel inqabad wara jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt Valletta, b’rabta ma’ diversi tpinġijiet ma’ diversi binjiet fil-Belt Valletta. Ir-raġel huwa Taljan ta’ 37 sena u jgħix fis-Swieqi.

Aqra: Filmat: Wettaq vandaliżmu madwar il-Belt kollha – Kunsill Lokali Valletta

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin, akkużat b’diversi reati fosthom ta’ ħsara volontarja.

Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-koperazzjoni tiegħu dwar dan il-każ.