Ritratt: Instagram

Skond rapporti li nħarġu fil-midja internazzjonali, Lourdes Leon, bint il-kantanta Madonna qed tippjana li tiżżewweġ lill-maħbub tagħha Jonathan Puglia, li ilha f’relazzjoni miegħu għal dawn l-aħħar sentejn.

Iżda minkejja li t-tfajla ta’ 22 sena hija bint il-kantanta popolari Madonna, jidher li mhix interessata li jkollha ċerimonja bombastika. Anzi trid li jkollha ċerimonja sempliċi u privata!

Ritratt: Instagram

Lourdes, imlaqqma Lola, ma tantx hija persuna pubblika u hija magħrufa li tistinka biex tagħmel isem għaliha nfisha u mhux tirkeb fuq is-suċċessi ta’ ommha.

It-tfajla taħdem fil-qasam tal-moda iżda hija riservata ħafna, l-istess bħal maħbub tagħha Jonathan, li huwa minn Ohio, iżda li bħalissa qed jgħix fi New York.

Hu rrapurtat li Madonna u omma Jonathan diġà ltaqgħu u li Madonna ma sabet l-ebda oġġezzjoni għar-relazzjoni tagħhom.

Iżda tgħid li tassew se tkunċerimonja privata kfi tixtieq it-tfajla?