Raġel li kien qed ifittex l-ażil fil-Ġermanja spiċċa sabiex weħel sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li stupra u qatel tifla Ġermaniża ta’ 14-il sena.

Ali Bashar ta’ 22 sena kien ammetta fil-Qorti ta’ Wiesbaden li faga lil Susanna Feldman fit-23 ta’ Mejju tal-2018. Iżda qal li ma jafx kif dan seħħ. Ġisimha kien instab ġimgħatejn wara, wara li kien irritorna l-Iraq.

Il-qtil kien qajjem rabja sħiħa fil-Ġermanja u wassal sabiex il-Kanċillier Angela Merkel titlob għal deportazzjoni aktar mgħaġġla ta’ persuni li ma jingħatawx l-ażil fil-pajjiż.

Bashar ingħata s-sentenza llum. Il-kriminalità tiegħu qed tiġi kkunsidrata bħala waħda gravissima mill-Imħallef u hemm ċans kbir li lanqas jingħata ċ-ċans għall-parole wara 15-il sena.

Skont il-BBC, omm Susanna qalet li parti kbira mill-futur tagħha u minn qalbha sparixxiet mal-mewt ta’ bintha. F’ittra li kitbet lil Bashar qaltlu li hi diġà weħlet għomorha l-ħabs mingħajr ma għandha x’taħti.

Il-Prosekuzzjoni qalet li Bashar kien stupra lil Susanna Feldman f’bosk viċin linja tal-ferrovija, mbagħad fgaha wara li din heddet li kienet se tmur għand il-Pulizija. Hu mbagħad uża l-mobile tat-tifla sabiex jibgħat messaġġi li jgħidu li kienet iddeċidiet li ssiefer lejn Pariġi.