FILE PHOTO: Posters with the names of victims are shown during a memorial service on the one-year anniversary of the shooting which claimed 17 lives at Marjory Stoneman Douglas High School in Parkland, Florida, U.S., February 14, 2019. REUTERS/Joe Skipper

Il-maġġoranza ta’ dawk responsabbli mill-attakki massiċċi f’żoni pubbliċi fl-Istati Uniti fl-2018 għamlu theddid qabel jew bagħtu messaġġi li qajmu tħassib skont is-Servizzi Sigrieti tal-pajjiż. Dan ħareġ fi studju dwar indikazzjonijiet avvanzati ta’ vjolenzi tat-tip.

Żewġ terzi tal-attakkanti kellhom ukoll problemi ta’ saħħa mentali fil-passat u nofshom kienu motivati mill-post tax-xogħol jew telf personali skont l-aġenzija. Ġie spjegat li skont is-sejbiet tar-rapport, hemm ċans li wieħed jidentifika sinjali ta’ twissija qabel ma jsir attakk vjolenti.

Ir-rapport studja 27 attakk fejn minn tal-inqas tliet persuni weġġgħu. Fl-attakki partikolari 91 persuna nqatlu u 107 ndarbu. Il-każi jinkludu l-attakk li kien sar fi skola fi Florida fi Frar, fejn 14-il student u tliet membri tal-istaff ġew maqtula, kif ukoll l-attakk ta’ Ottubru f’Sinagoga f’Pittsburgh fejn inqatlu 11-il persuna.

Id-Direttur tal-Aġenzija, James Murray qal li atti tat-tip ħallew impatt negattiv fuq is-sigurtà ta’ ċertu postijiet fejn wieħed jaħdem, jiekol, jitgħallem u jagħmel attivitajiet regolari ta’ kuljum.

Instab li disa’ minn 10 attakkanti bagħtu xi forma ta’ theddida jew messaġġ li qajjem tħassib. Instab ukoll li tmienja minn 10 attakkanti esperjenzaw xi tip ta’ stress kbir f’ħajjithom bħal divorzju, tilfu x-xogħol jew spiċċaw bla dar fil-ħames snin qabel ma seħħ il-każ.