Ritratt: Alan Light

Tħabbret il-mewt tal-attur Rip Torn. Hu miet ilbieraħ wara nofsinhar fid-dar tiegħu f’Lakeville fil-Connecticut. L-attur kellu 88 sena.

Rip Torn kellu karriera ta’ aktar minn 65 sena u fost l-aktar karattri ta’ suċċessi fl-aħħar snin kien bħala Chief Zed fil-films ta’ Men In Black.

Rip Torn bħala Ġuda fil-film King of Kings

Karattru li Torn jibqa’ magħruf għalih huwa dak ta’ Ġuda fil-film Kind of Kings li kien ħadem fl-1961.

L-attur kien nominat għall-Oscar fil-kategorija Best Supporting Actor fil-film Cross Creek tal-1983.

Fil-ħajja privata, l-attur kien iżżewweġ tlett darbiet u kellu sitt ulied.