L-aktar popolari

L-aktar sensiela popolari fuq Netflix hi Stranger Things li fl-ewwel erbat ijiem li ntweriet  kienet segwita f’aktar minn 40 miljun dar u kisret ir-rekord tal-aktar programm li jintwera fuq dan is-servizz ta’ streaming. F’dawn l-aħħar erba’ ġimgħa kien hemm aktar minn 80 miljun li segwewha.

Dan il-figuri juru n-numru ta’ residenzi li jkunu raw is-sensiela li hu differenrti mit-total ta’ kemm hemm persuni li attwalment ikunu rawha. Netflix jgħidu li huma jikkalkulaw view meta xi ħadd ikun ra 70% ta’ episodju jew film.

Stranger Things hi dwar grupp ta’ żgħażagħ li jgħixu fl-Istat ta’ Indjana fis-Snin 80 li jkollhom esperjenzi sopranaturali. S’issa kien hemm tliet staġuni tagħha, bl-ewwel sensiela tintwera fl-2016. Il-producers tagħha qalu li s-sensiela se jtemmuha fl-erba’ jew il-ħames staġun.

AQRA: Ġodda fuq Netflix!