L-ajruport ta’ Gatwick reġa’ infetaħ wara li t-titjiriet kollha ġew sospiżi għal sagħtejn minħabba problema fis-sistema tal-kontroll tal-ajru.

Skont The Independent, l-għeluq tar-runway beda fil-5.08 pm (ħin tar-Renju Unit). Dan reġa’ fetaħ fis-7 pm.

L-ajruport qal li t-titjiriet komplew imma li l-passiġġieri huma mitluba jiċċekkjaw id-dettalji tat-titjira tagħhom mal-linja tal-ajru qabel ma jmorru lejn l-ajruport hekk kif dan qed imur lura lejn il-ħidma normali tiegħu.

Il-problema hija marbuta mat-torri tal-kontroll.

Gatwick għandu l-aktar runway impenjattiv fid-dinja, bi tluq jew inżul ta’ ajruplan kull 80 sekonda fl-eqqel ħinijiet.