Miguela Xuereb

Tliet kunsilliera ġodda ġew eletti fi tliet Kunsilli Lokali differenti permezz ta’ elezzjonijiet każwali.

F’Birkirkara, ġie elett Francis Pullicino minflok il-Kunsillier Michael Fenech Adami.

Fix-Xagħra, Anthony Attard laħaq minflok il-kunsillier Kevin Cutajar.

Christianne Mifsud se tkun qed tieħu post il-kunsillier Anthony Mifsud.

Il-Kunsillier Nazzjonalista ta’ Birkirkara Michael Fenech Adami se jibqa’ jżomm il-kariga ta’ President tar-Reġjun taċ-Ċentru. Għalhekk kellu jirreżenja.

Fenech Adami jibqa’ President tar-Reġjun imma mhux kunsillier

Kevin Cutajar irreżenja mill-kariga tiegħu bħala kunsillier peress li ntgħażel biex jokkupa siġġu fil-Parlament wara r-reżenja tal-MP tal-PN David Stellini.

Kevin Cutajar jieħu l-ġurament bħala MP; “Emozzjonat”

Il-Kunsillier tal-Imtarfa f’isem il-Partit Nazzjonalista Anthony Mifsud informa lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali li qiegħed jirrinunzja l-kariga ta’ Kunsillier għall-Imtarfa, sabiex jibqa’ jservi fil-kariga ta’ President tal-Kunsill Reġjonali Tramuntana.

Jirreżenja minn kunsillier biex jibqa’ President tal-Kunsill Reġjonali Tramuntana