Il-partitarju ta’ Liverpool li kien ġie ffilmjat jimbotta raġel f’funtanta qabel il-logħba tas-semi finali mill-kompetizzjoni taċ-Champions League ġewwa Barcelona ġie projbit milli jattendi l-logħob kollu għal tliet snin.

Il-Pulizija ta’ Merseyside qalet li Anthony ‘Marty’ Mullen li għandu 57 sena, deher quddiem il-qorti kriminali f’Bootle, f’Liverpool. Il-pulizija rringrazjat lill-pubbliku, inklużi lill-partitarji ta’ Liverpool li għenu biex identifikaw lil Mullen.