Il-Pulizija ħarġet avviż dwar it-toroq li l-karozzi ma jistgħux jipparkjaw fihom fi tmiem il-ġimgħa fil-Gżira minħabba l-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Il-Pulizija qalet li l-vetturi li jipparkjaw f’dawn it-toroq ikunu suġġett li jiġu rmonkati.